Is-Summit mhux se jċaqlaq il-Quddies tal-gradwazzjoni

Il-Quddies għall-gradwati ġodda se jsiru kif pjanat din il-ġimgħa, fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann minkejja li diversi toroq fil-Belt Valletta u l-Furjana se jkunu magħluqa minħabba l-Valletta Summit.
Dan minkejja li qed ikun irrapurtat li l-Quddies, li għandhom jsiru l-Erbgħa 11 u l-Ħamis 12 ta’ Novembru, se jiċċaqalqu minħabba s-Summit
Kelliema għall-Università ta’ Malta kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt, li s’issa mill-informazzjoni li għandha, iż-żewġ Quddisiet se jsiru kif pjanat.
Fil-programm tal-gradwazzjoni li ntbgħat mill-Università, il-Quddies għadhom imniżżla fil-ġranet oriġinali.
Tista' tara l-programm dettaljat hawn taħt: