Is-suldati Iżraeljani jisparaw fuq is-suldati Sirjani

Is-suldati Iżraeljan sparaw fuq suldati Sirjani li kienu jinsabu qrib l-għoljiet ta’ Golan fil-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi.
Din ir-reazzjoni tal-Iżraeljani waslet wara splużjoni li seħħet minn tiri sparati mill-artillerija Sirjana.
F’dan l-attakk indarab serjament suldat Iżraeljan.
Madwar l-għoljiet ta’ Golan, il-militanti ribelli poġġew xi bnadar iżda ż-żona tinsab taħt il-kontroll tal-Gvern Sirjan.