Is-suldati Iżraeljani jirtiraw minn Gaża

Is-suldati Iżraeljani bdew jirtiraw minn Gaża wara li skont l-Armata inqerdu l-passaġġi taħt l-art li kienu qed jintużaw mill-Ħamas.
Jidher li l-ftehim għall-waqfien mill-ġlied għal 72 siegħa għadu fis-seħħ, għalkemm ftit tal-ħin wara f’Ġerusalemm u Tel Aviv instemgħet is-sirena wara li ġew sparati rokits mill-Ħamas.
Uffiċjali f’Gaża qalu li matul il-ġlied, li dam erba’ ġimgħat, inqatlu 1,800 Palestinjan u 67 Iżraeljan.
L-Armata Iżraeljana ħabbret ukoll li s-suldati se jinġabru minn Gaża u se jiġu stazzjonati għad-difiża mal-fruntiera.