Is-suldat li tkeċċa spjega s-sitwazzjoni aħjar minni – Farrugia

Il-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni Demokratika Marlene Farrugia stqarret li s-suldat li tkeċċa spjega s-sitwazzjoni politika f’Malta aħjar milli setgħet tagħmel hi.

Dr Farrugia kienet qed titkellem fil-Parlament dwar l-Abbozz ta’ Liġi li qed jemenda l-liġijiet kriminali dwar it-terroriżmu.

“Kien hemm dak is-suldat, li ra xatba li swiet aktar milli suppost, ma saritx biex tagħtih sigurtà. Dan is-suldat, bir-reazzjoni tiegħu għax-xatba, wera u seta’ jfiehem is-sitwazzjoni ħafna aktar milli qed nagħmel jien”, kompliet tispjega.

“Mhux il-fwied biss qalgħuli imma ta’ madwaru kollu”

Qalet li minkejja żewġ kriżijiet finanzjarji, Gvern Nazzjonalista ma biegħx l-assi tiegħu iżda l-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat, li hi stess għenet biex jitla’ fil-Gvern, iddeċieda li jbigħ l-assi prinċipali tal-enerġija fil-pajjiż mingħajr ma kien hemm bżonn. “Xħin bdejna nistaqsu wrewna l-kuntratti, mhux il-fwied biss qalgħuli imma ta’ madwaru wkoll u dawn li tellajna aħna. Meta ppubblika l-kuntratt, għatta l-aktar partijiet importanti”.

ReplyForwar