Is-sufan li tar mar-riħ…

Bil-maltemp tal-lejl li għadda, sufan waqa’ minn appartament fi Triq Patri Wistin f’Marsascala u ġie fuq mutur li kien ipparkjat fl-istess triq.
Sid il-mutur tella’ r-ritratt fuq Facebook u qal li jittama li r-ritratt jasal għand il-ġarr tiegħu biex ikunu jistgħu jitkellmu fuq il-ħsarat tal-mutur.
Qal li l-ħsarat li għandu mhumiex koperti bil-polza tal-assigurazzjoni tal-mutur iżda qed jittama li l-polza tal-assigurazzjoni li għandu fuq id-dar tkun tista’ tkoprilu l-ispejjeż.
Għadd ta’ persuni kkumentaw b’sens pożittiv li allemu s-sufan ma waqax fuq xi ħadd.
Ir-riħ tal-lum wassal biex ikun hemm xi ħsarat f’għadd ta’ lokalitajiet madwar Malta. Fosthom sewwieq tilef ħajtu u l-passiġġiera kellha tiddaħħal l-isptar wara li waqgħet siġra fuq il-karozza li kienu fiha fl-Imrieħel.