Is-suċċess tal-Kia fl-Ewropa akbar minn qatt qabel

Kia Motors fl-Ewropa rreġistrat l-akbar rekord li qatt kellha fl-istorja tal-kumpanija fil-bejgħ kemm fl-ewwel kwart tas-sena kif ukoll sa nofs is-sena, hekk kif din il-marka ta' karozzi kompliet tikber sena wara oħra u laħqet tkabbir ta' 7.6%, skont l-aħħar statistika u informazzjoni maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi tal-Karozzi fl-Ewropa (ACEA).
Matul l-ewwel nofs tal-2015, Kia tellgħet il-bejgħ tagħha għal 200,038, li jirrappreżentaw l-aqwa sitt xhur li qatt kellha l-kumpanija ta' fama Koreana fl-Ewropa. Meta mqabbla mal-ewwel sitt xhur tal-2014, dawn ir-riżultati jirrappreżentaw tkabbir ta' 7.6%. Fl-istess ħin, it-tieni kwart tal-2015 jitiqes bħala l-aqwa li qatt kellha din id-ditta ta' karozzi bil-bejgħ jilħaq total ta' 103,946 karozza reġistrata – l-ewwel darba li l-Kia qabżet il-limitu ta' mitt elf f'perjodu ta' tliet xhur.
Il-Kia Sportage u l-mudell cee'd żammew l-ogħla żewġ postijiet fil-klassifika tal-aktar mudelli li jinbigħu ta' din id-ditta Koreana.
Il-mudelli kollha tal-Kia fl-Ewropa jibqgħu jinbigħu b'garanzija unika ta' seba' snin.