Is-sospensjoni tal-Parlament Ingliż kontra l-liġi

FILE PHOTO: Britain's Secretary of State for Foreign and Commonwealth Affairs Boris Johnson arrives at 10 Downing Street in London, Britain, July 3, 2018. REUTERS/Simon Dawson

Is-sospenzjoni tal-Parlament Ingliż sa dakinhar tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea hi kontra l-liġi, skont Qorti tal-Appell Skoċiża.

Tliet imħallfin bidlu d-deċiżjoni ta’ Qorti oħra. L-Imħallef Lord Doherty kien qal li d-deċiżjoni dwar il-proposta tal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson biex il-Parlament jiġi sospiż sa Brexit hi waħda ta’ natura politika u għandha bżonn ġudizzju politiku. Għaldaqstant il-politiċi għandhom jaħdmu biex isibu ftehim.

75 membri parlamentari tal-Oppożizzjoni permezz tal-avukati tagħhom argumentaw li d-deċiżjoni ta’ Johnson hi illegali u tmur kontra l-kostituzzjoni. Sostnew li l-proposta ta’ Johnson hi maħsuba biex twaqqaf id-dibattitu u l-azzjoni fuq Brexit.

Il-gvern Ingliż mistenni jappella d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell Skoċiża li tmur kontra d-deċiżjoni favur Johnson mill-Imħallfin Ingliżi l-ġimgħa l-oħra fil-Qorti Suprema.

Il-Qorti Suprema diġà għandha skedat seduta ta’ emerġenza kemm fuq il-każ Ingliż u dak Skoċċiż għas-17 ta’ Settembru. Każ ieħor infetaħ quddiem il-Qrati f’Belfast.