Is-Sorijiet tal-Ursolini jagħtu lura art lill-Gvern

Is-sorijiet tal-Ursolini ttrasferixxew propjetà tagħhom lura lill-gvern.
Ġiet ippreżentata wkoll comfort letter mogħtija lill-Għaqda Ġurnalisti Sport għat-trasferiment ta’ propjetà fi Triq l-Ifran li mistennija tinbidel fil-kwartieri ġenerali tagħhom kif ukoll mużew.
Dan tħabbar ilbieraħ waqt żjara fl-Awtorità tal-Artijiet mill-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari, Chris Agius.
Filwaqt li faħħar ix-xogħol tal-Awtorità, il-Ministru tkellem dwar is-sistema onlajn li ġiet imnedija fl-aħħar żjara tagħhom u li s’issa kienet ta suċċess.
Permezz tas-sistema onlajn, illum hemm 21 formola li jimxu mal-Att tal-Artijiet tal-Gvern u mat-300 applikazzjoni li qed jintlaqgħu minn numru ta’ uffiċjali iffukati fuq l-iproċessar tal-istess formoli.
Ritratt: DOI – Kevin Abela