Is-Sorelle lil min qed jistennew?

Sorelle

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle naraw Frederick x’urieh lil Steve u għaliex ma jagħtiex kasu u jagħmel ta’ rasu? Janice tiftaħ qalbha ma’ Gina. X’se tgħidilha dwar Matthew?

Samantha tasal lura ma’ missierha fil-lukanda. Min se jkun hemm jistennieha? Dwar xiex tkellmu u Kitty x’qaltilhom biex tbiddel is-suġġett?

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fil-11.30pm fuq TVM, kif ukoll nhar it-Tnejn fis-6.15am, dejjem fuq l-istess stazzjon, filwaqt li r-repetizzjoni tal-puntati kollha ta’ matul din il-ġimgħa jixxandru għada s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.