“Is-somma li Neymar ingħaqad għaliha ma’ PSG hija surreali” – Arsene Wenger

Il-manager Franċiż ta' Arsenal, Arsene Wenger, qal li s-somma ta' €222 miljun li Neymar ngħaqad għaliha ma' PSG mingħand Barcelona hija surreali u ma tagħmilx sens.
Madankollu, huwa qal li ma kienx sorpriż bi trasferiment ta' dan it-tip wara li Paul Pogba ngħaqad ma' Manchester United mingħand Juventus għas-somma ta' €105 miljun fis-sena li għaddiet.
Dan hekk kif huwa afferma li t-trasferiment ta' Paul Pogba fisser li kulma jmur sena wara l-oħra dawn it-trasferimenti kienu se jkunu qed jiżdiedu.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.