Is-soft drinks qed joqtlu 184,000 fis-sena

Is-soft drinks qed joqtlu mal-184,000 adult fis-sena.
Hekk tiżvela riċerka li saret madwar id-dinja u li studjat, għall-ewwel darba, ir-rabta bejn xarbiet ħelwin u l-imwiet u d-diżabilità minħabba mard bħal dawk tal-qalb, taz-zokkor u l-kanċer.
Skont l-istudju, fis-snin li ġejjin ir-rata ta’ mwiet minħabba x-xarbiet artifiċjali se tiżdied hekk kif dawk li għandhom 45 sena jew inqas, jixorbu ferm iktar minnhom milli l-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom.
L-istudju ma jinkludix juices tal-frott u dawk li għandhom maż-żewġ terzi biss ta’ zokkor li hu preżenti fis-soft drinks.
Mir-riċerka joħroġ li fl-2010 weħidha, kien hemm 133,000 li mietu minħabba d-dijabete, 45,000 oħra minn mard tal-qalb u 6,450 li mietu b’kanċer minħabba s-soft drinks, drinks tal-frott, energy drinks u ice teas bi ħlewwa.