Is-soċjetà tagħmilha diffiċli biex persuni b’diżabilità jkollhom relazzjoni stabbli

Ħafna ma jsibuwiex diffiċli jibdew u jkomplu relazzjoni ta’ imħabba. Imma għal oħrajn din hi biss ħolma. Michael Debattista hu wieħed minnhom.

Ir-raġuni prinċipali mhux minħabba l-karattru jew l-edukazzjoni, imma għaliex għandu diżabilità. Ta’ 20 sena ġie affettwat minn nuqqas ta’ vista.

Michael jirrakkonta li minn mindu għandu din id-diżabilità jsibha iktar diffiċli biex jibda relazzjoni serja ma’ xi ħadd. Anke minħabba l-esperjenza li għadda hu minnha u persuni oħra bi bżonnijiet speċjali, Michael jgħid li ma’ Newsbook.com.mt li l-problema tiġri minħabba il-preġudizzji u l-istandards li timponi s-soċjetà fuq il-persuni bi bżonnijiet speċjali.

Bħalissa Michael qed jagħmel il-kors fl-Università ta’ Malta fuq livell Masters bit-tema tat-teżi se tkun fuq is-sesswalità tal-persuni b’diżabilità.

Michael Debattista jagħmel ukoll parti mill-għaqda Breaking Limits li taħdem biex titqajjem iktar kuxjenza dwar il-persuni bi bżonnijiet speċjali.

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt.

catherine@newsbook.com.mt