
Read in English.
Skont stħarriġ li sar fi Spanja, il-Partit Soċjalista mistenni jirbaħ l-elezzjonijiet ta’ Novembru u jżied fis-siġġijiet madanakollu xorta għandu bżonn l-appoġġ tal-partiti l-oħra biex jifforma gvern.
Is-Soċjalisti spiċċaw l-ewwel f’elezzjonijiet inkonklużivi f’April li għadda iżda l-aġent Prim Ministru Pedro Sanchez ma jrnexxilux jifforma gvern ma’ partiti oħra bil-konsegwenza li pajjiż riesaq lejn ir-raba’ elezzjoni f’daqstant snin fl-10 ta’ Novembru.
Il-partiti tradizzjonali – is-Soċjalisti u l-konservattivi tal-Partit Popolari ddominaw ix-xena politika Spanjola fl-aħħar snin u mistennija ikomplu jagħmlu dan fl-elezzjoni ta’ Novembru.