Is-Soċjalisti Spanjoli jirbħu vot deċiżiv

FILE PHOTO: Spain's Socialist leader and current Prime Minister Pedro Sanchez looks on as he delivers his speech during a PSOE party meeting before he kicks off his political campaign ahead of the April 28 general election in Dos Hermanas, near Seville, Spain April 11, 2019. REUTERS/Jon Nazca/File Photo

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez rebaħ is-sapport tal-parlamentari Spanjoli biex jifforma Gvern ta’ koalizzjoni mal-partit xellugi.

Dan il-vot iġib fi tmiema l-kriżi politika li għadda biss b’żewġ voti, 167 vot favur u 165 vot kontra. Huwa rebaħ l-aktar grazzi għal 18-il astensjoni.

Il-membri tal-ERC, l-akbar partit tas-separatisti fil-Katalunja, wiegħdu li jastjenu wara qbil li jkun hemm diskussjonijiet dwar il-futur ta’ dan ir-reġjun.

Sánchez u Pablo Iglesias, li jmexxi l-partit xellugi Unidas Podemos dal-aħħar ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jwaqqfu l-ewwel Gvern ta’ koalizzjoni fl-istorja riċenti ta’ Spanja.

Dan huwa l-ewwel Gvern ta’ koalizzjoni sa minn meta Spanja għaddiet minn transazzjoni għal demokrazija wara t-tmexxija tar-reġim ta’ Francisco Franco.