Is-Soċjalisti fi Spanja jirbħu t-3 elezzjoni f’4 snin

Supporters of the Socialist Workers' Party (PSOE) wait for the announcement of the results in Spain's general election in Madrid, Spain, April 28, 2019. REUTERS/Sergio Perez

Il-Gvern Soċjalista kurrenti fi Spanja jidher li rebaħ it-tielet elezzjoni fi żmien erba’ snin, madanakollu ma rnexxielux jgħaqqad maġġoranza assoluta.

Il-partit tal-Prim Ministru Pedro Sánchez ġab 29% tal-voti u għaldaqstant se jkollu bżonn l-għajnuna tal-partit tax-xellug Podemos u tal-partiti reġjonali, inkella tal-partit lemin-ċentrali, sabiex jifforma Gvern.

Skont il-BBC, dan se jippermetti li partit mil-lemin estrem jidħol mill-ġdid fil-Parlament, minn meta ntemmet it-tmexxija militari fl-1970. Il-Partit Vox jopponi l-multi-kulturaliżmu, immigrazzjoni mhux restritta u dak li ssejjaħ femminiżmu radikali.

Skont analistu, is-sapport għal Vox kiber wara r-rabja li qamet fil-moviment tal-indipendenza għall-Katalunja.

L-elezzjoni ġabet magħha wkoll il-kollass fis-sapport għall-Popular Party (PP) li huwa partit konservattiv li ggverna lil Spanja sakemm tqaċċat mill-Gvern f’Mejju tal-2018 permezz ta’ vot ta’ sfiduċja. Dan il-partit rebaħ biss 66 siġġu, meta kkumparat mal-137 siġġu li kellu qabel.

Intant, 75.8% tal-popolazzjoni Spanjola ħarġet tivvota, numru rekord għal dawn l-aħħar snin, u 9% aktar minn fuq l-elezzjonijiet tal-2016.