Is-Soċjalisti Ewropej kuntenti għal Muscat; imħassba dwar il-PN

Il-Partit Soċjalista Ewropew feraħ lill-Prim Ministru Joseph Muscat wara li r-rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja ħeles lill-familja Muscat minn kull akkuża ta’ ħasil ta’ flus jew korruzzjoni.

Fi stqarrija, il-PSE qal li huwa xokkanti l-fatt li kien hemm firem iffalsifikati u dokumenti mbagħbsa.

Il-President tal-Partit Sergei Stanishev qal li Muscat għażel il-metodu xieraq biex jaffaċċja dawn l-akkużi, billi rrispetta l-ġustizzja fi proċess miftuħ u trasparenti.

Il-Partit żied li hu inkwetat bl-informazzjoni li l-Partit Nazzjonalista kien wara l-allegazzjonijiet foloz, u li pprova jwassal lill-pajjiż għal taqlib politiku kbir.

Huwa tenna li jemmen li l-partiti politiċi għandhom jirbħu l-fiduċja tal-poplu billi jipproponu miżuri konkreti ta’ kif itejbu ħajjet iċ-ċittadini, u mhux billi jikkonfoffaw fuq evidenza falzifikata.