Is-social workers fil-Ministeru għall-Edukazzjoni bl-istess privileġġi

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) illum laħqu ftehim dwar il-ħaddiema soċjali li huma mpjegati mall-Ministeru sabiex ikollhom l-opportunità li jkomplu t-taħriġ tagħhom b’mod aktar attiv.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru, intqal li dan sar sabiex il-ħaddiema soċjali jkomplu jiżviluppaw il-karriera professjonali tagħhom fl-interess tal-istudenti u l-familji tagħhom.
Il-ftehim, kompla l-Ministeru, jinkludi fondi li se jingħataw lil dawn il-ħaddiema soċjali li se jibdew jiġu trattati fuq l-istess livell ta’ ħaddiema soċjali impjegati ma’ Ministeri oħra.