Is-sitwazzjoni qed tiddeterjora – Federazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet Professjonali

Miguela Xuereb

Il-Federazzjoni Maltija tas-Assoċjazzjonijiet Professjonali (MFPA) qalet li s-sitwazzjoni b’rabta mal-coronavirus qed tiddeterjora malajr wisq.

Fi stqarrija maħruġa lbieraħ l-MFPA qalet li kien hemm żieda mgħaġġla fl-R-factor li qed ipoġġi f’riskju kemm is-saħħa nazzjonali u anke l-ekonomija. L-MFPA, li tirrappreżenta aktar minn 10,000 professjonist appellat lill-Gvern biex jikkonsulta mal-professjonisti tas-saħħa u biex jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuq l-evidenza.

L-MFPA qalet ukoll li l-Gvern kien qed jgħaddi diversi “mixed messages” li qed joħolqu l-ansjetà u l-konfużjoni.