Is-sitwazzjoni politika fl-Italja twassal lil Conte jikkanċella l-impenji internazzjonali

FILE PHOTO: Italian Prime Minister Giuseppe Conte holds a news conference at the end of the European Union leaders summit dominated by Brexit, in Brussels, Belgium October 18, 2019. REUTERS/Piroschka van de Wouw

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte ikkanċella l-attendenza tiegħu fil-laqgħa ta’ Davos hekk kif feġġet kriżi politika fl-Italja. 

L-uffiċċju tal-Prim Ministru Taljan ma’ tax raġuni speċifika għal din il-kanċellazzjoni, pero intqal li huwa kien ser jibqa’ l-Italja jaħdem fuq kwistjonijiet importanti. 

Ilbieraħ tħabbret ir-riżenja ta’ Luigi Di Maio minn Kap tal-Movimento Cinque Stelle, riżenja li kompliet tpoġġi l-koalizzjoni tal-Gvern Taljan taħt pressjoni. 

Huwa rriżenja wara li kien hemm għadd ta’ membri tal-Partit li kienu qed joġġezzjonaw għall-diversi aspetti ta’ politika u li setgħu waslu għal qasma fil-partit. 

Ir-riżenja ta’ Di Maio wasslet biex tiżdied l-inċertezza politika. 

Di Maio ġie temporanjament sostitwit minn Vito Comi, sakemm jinstab suċessur permanenti.