Is-sitwazzjoni għal ħadd ma hi faċli

Simone Spiteri bħala Ġulja

Illum fit-3pm se jixxandar episodju ieħor ta’ Għada Jisbaħ ukoll fuq TVM.  Se naraw kif wara l-mewt tat-tarbija li qatt ma twieldet, Nathalie tidher li ma tridx taf aktar b’nies. Ma tridx toħroġ mid-dar u ma trid tkellem lil ħadd. Anki Rina ssibha bi tqila tikkommunika magħha.

Is-sitwazzjoni għal ħadd m’hija faċli. Rina madankollu tipprova toħloq sitwazzjoni u jirnexxilha.

Fil-fatt il-ġrajjiet li għadhom kif seħħu wasslu għal kambjament f’ħafna karattri. Is-sitwazzjonijiet issa qed jieħdu xejra oħra u f’dan l-episodju se jkollna sorpriża li se tagħmel differenza kbira minn issa ’l quddiem.

Għalkemm qed insemmu ħafna tibdiliet, ċerti affarijiet xorta jibqgħu l-istess, bħal karattru divertenti ta’ Lucy, li f’dan l-episodju se terġa’ tissorprendina bil-kapaċitajiet tagħha fil-kċina!

Għada jisbaħ Ukoll jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm. Għada s-Sibt jixxandru mill-ġdid l-episodji tal-ġimgħa kollha fuq TVM2 mill-11am ‘il quddiem.