Is-sitwazzjoni fis-Sirja “katastrofika”

In-Nazzjonijiet Magħquda qed tisħaq li s-sitwazzjoni fis-Sirja qed issir waħda katastrofika.
L-attakk mill-ajru fuq sptar tal-Medecins Sans Frontiers, ilbieraħ f’Aleppo, ħalla qrib it-30 ruħ mejta u daqstant ieħor mietu f’attakki oħra.
Il-jiem li ġejjin qed jitqiesu kruċjali biex titwassal għajnuna umanitarja f’partijiet diversi tal-pajjiż.
Il-Mibgħut Speċjali, Staffan de Mistura, wissa li l-ftehim dwar waqfien parzjali mill-ġlied, tas-27 ta’ Frar, issa ftit li xejn fadal minnu.
Fl-aħħar ħin, il-Gvern Sirjan akkuża lill-Istati Uniti b’illeġittimità hekk kif saħaq li waslu 150 suldat Amerikan f’parti Kurda tal-pajjiż.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-President Amerikan Barack Obama ħabbar li kien se jibgħat 250 suldat biex jgħinu lir-ribelli fit-taħriġ kontra l-Istat Iżlamiku