Is-sitt xhur li jmiss kruċjali għall-UE – Il-President tal-Kummissjoni

Kay Nietfeld/Pool via Reuters

Read in English.

Is-sitt xhur li ġejjin taħt il-Presidenza Ġermaniża tal-Unjoni Ewropea se jkunu kruċjali għal futur ta’ din l-istituzzjoni. Hekk sostniet Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li wissiet li jekk se jkun hemm dewmien fl-approvazzzjoni ta’ fond ta’ rkupru se jkun hemm telf ta’ impjiegi.

Hija kienet qed titkellem mal-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel permezz ta’ kollegament virtwali. 

Fl-intervent tagħha sostniet ukoll li l-problemi li kien hemm qabel il-coronavirus ma telqux.

“Ilkoll nafu li l-problemi li kien hemm qabel il-kriżi se jibqgħu l-istess. Dawn huma l-isfidi l-kbar tal-bidla tal-klima, il-ħtieġa li nimbuttaw aktar id-diġitalizzazzjoni u r-rwol li għandu jkollha l-Ewropa fid-dinja”, żiedet tgħid von der Leyen.