Is-sit tal-Wasteserv f’Ħal Luqa magħluq; “każ ta’ Covid-19”

Wasteserv

Read in English.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li allegatament instab każ ta’ coronavirus fiċ-Ċentru ta’ Skart Goff tal-Wasteserv f’Ħal Luqa.

Newsbook.com.mt bagħat il-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministeru għall-Ambjent aktar kmieni llum. Madanakollu sal-ħin tal-pubblikazzjoni kienet għadha ma waslet l-ebda tweġiba.

Persuni li marru sabiex jarmu xi oġġetti fil-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li mal-wasla tagħhom fuq is-sit kienu infurmati li s-sit kien magħluq minħabba li kien hemm persuna li nstabet pożittiva għall-coronavirus. Dawn intalbu sabiex minflok imorru fis-sit tal-Imrieħel jew Ħal Far.

X’miżuri għandha fis-seħħ il-Wasteserv għal min sejjer jarmi l-iskart?

  • Wieħed għandu jilbes il-maskra qabel ma jidħol fis-sit
  • Numru limitat ta’ karozzi se jitħallew jidħlu fis-sit fl-istess ħin.
  • Persuni li huma morda jew għandhom qrabathom ma jifilħux m’għandhomx imorru fis-sit.
    Aktar dettalji uffiċjali minn hawn.

Aktar dettalji uffiċjali minn hawn.