Is-sistema tal-pensjonijiet ser twassal għal falliment finanzjarju – AD

L-Alternattiva Demokratika qalet li fil-Parlament hija tiżgura li jkun hawn sistema ta’ pensjonijiet ġusta u sostenibbli li tiggarantixxi kwalità ta’ ħajja dicenti lill-persuni anzjani irtirati.

Waqt konferenza stampa fl-Imsida, ic-Chairperson Michael Briguglio qal li kif inhi, is-sistema tal-pensjonijiet ser twassal għal falliment finanzjarju. Żied li l-Gvern għandu jara li n-nies ikunu qegħdin iġemmgħu ammont żejjed ta’ flus li jiġi użat biss għal skop ta’ pensjonijiet, u li ma jintużax mill-Gvern għal skopijiet oħra.

L-Alternattiva qalet li l-Gvern irid jagħmel tajjeb għall-persuni li ma jkunux jistgħu jikkontribwixxu għat-tieni pilastru, u għandu jnaqqas l-ammont ta’ snin li persuna trid tkun ħadmet biex tkun eliġibbli għall-pensjoni. Bħalissa wieħed irid jaħdem 40 sena.