Is-sistema elettronika tal-għadd tal-voti ħadmet – Kummissjoni Elettorali

Miguela Xuereb

Il-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Joseph Church qal li s-sistema elettronika tal-għadd tal-voti li ntużat f’Malta għall-ewwel darba għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali ħadmet.

Fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar Church qal li l-feedback li rċevew dwar is-sistema kien pożittiv għalkemm qal li s-sistema mhux perfetta. Spjega li l-Kummissjoni tgħallmet ħafna u li se tkun qed taħdem fuqha biex isir titjib.

Aġent li tkellem wara Church tenna wkoll li s-sistema ħadmet. Qal li flimkien mal-Polonja Malta kienet l-ewwel pajjiż li bagħtet ir-riżultati uffiċjali tal-elezzjoni tal-MEPs lill-Ewropa. Qal li fil-passat Malta kienet tkun minn tal-aħħar li tagħmel dan minkejja li kien ikollha biss sitt kandidati x’teleġġi.