Preparati f’każ li jerġgħu jingħalqu l-iskejjel – il-Ministru Bonnici

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li s-sistema edukattiva issa hija ppreparata aħjar għall-eventwalità li l-iskejjel jerġgħu jingħalqu minħabba l-pandemija.

Huwa qal dan dalgħodu waqt id-dibattitu parlamentari dwar l-estimi finanzjarji għall-Ministeru għall-Edukazzjoni.

L-iskejjel ingħalqu ħesrem meta l-pandemija waslet Malta f’Marzu li għadda, u reġgħu fetħu biss fil-bidu ta’ din is-sena skolastika fix-xahar li għadda hekk kif l-iskejjel damu aktar ma fetħu minn snin oħra.

Il-pjanijiet kienu kontroversjali peress li l-għadd ta’ każijiet attivi huwa ħafna ogħla issa milli kien meta l-iskejjel huma magħluqa. Dwar dan, il-Ministru Bonnici enfasizza li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.

Fisser kif ġew allokati €26 miljun biex l-iskejjel jitħejjew għall-ftuħ mill-ġdid, u li kull skola ġiet spezzjonata qabel ma fetħet għall-istudenti. Madankollu, Bonnici ma eskludix bidla fiċ-ċirkostanzi fejn l-iskejjel ikollhom jingħalqu mill-ġdid.

Distakk bejn it-tmexxija u l-edukaturi – MUT

Fi stqarrija maħruġa b’reazzjoni għal dan id-dibattitu, l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT laqgħet id-diskors tal-Ministru Bonnici filwaqt li ħeġġet lill-awtoritajiet biex jimplimentaw din il-proposta speċjalment għall-benefiċċju ta ‘studenti u edukaturi vulnerabbli.

L-unjin qablet mal-Oppożizzjoni dwar in-nuqqas ta’ nies fit-tmexxija fid-Direttorati. L-MUT qalet li din hija problema serja u qiegħed jinħoloq distakk akbar bejn il-management u l-edukaturi.