Is-Sirja u r-Russja jattakkaw lit-Turkija qabel diskussjonijiet

Sirja Russja attakk Turkija
Reuters

Ajruplani tal-gwerra Sirjani u Russi attakkaw lir-ribelli f’Idlib fit-Turkija jiem qabel ma r-Russja, l-Iran u t-Turkija kellhom jiltaqgħu mal-Gvern Sirjan skont monitor li jsegwi l-gwerer. Dan l-attakk jista’ jwassal għal diżastru umanitarju.

L-ajruplani bbumbardjaw żona fil-kampanja madwar Jisr al-Shughour fil-Punent ta’ fejn jabitaw ir-ribelli f’Idlib. L-attakk qatel 13-il persuna li ħadd minnhom ma kien ġellied mar-ribelli. Dan skont l-Osservatorji għad-Drittijiet Umani tas-Sirja u sorsi ribelli li tkellmu ma’ Reuters.

Jekk jitkissru l-gruppi ribelli, jkun ifisser li l-President tat-Turkija, Bashar al-Assad ikun neħħa l-aħħar gruppi attivi militarment li jopponu t-tmexxija tiegħu. Madanakollu xorta jibqa’ żoni li huma barra mill-kontroll tiegħu.

Skont il-Ministru għar-Rikonċiljazzjoni Sirjan, l-unika mod li jista’ jissolva l-ġlied f’Idlib huwa bil-forza u l-gwerra.

Aqra aktar minn hawn.