Is-Sirja twaqqa’ ajruplan Iżraeljan; teskala t-tensjoni

Il-Militar Iżraeljan qal li ajruplan tat-tip F-16 ġġarraf fit-Tramuntana ta’ Iżrael, wara li allegatament twaqqa’ mill-forzi Sirjani.
Iż-żewġ piloti salvaw b’evakwazzjoni ta’ emerġenza bil-paraxuts. Wieħed minnhom weġġa’ gravi, skont l-Forzi tad-Difiża Iżraeljana (IDF).
Iżrael kien għaddej b’attakk offensiv kontra l-awtoritajiet Iranjani fis-Sirja.
Is-Sirja akkużat lill-Iżrael b’aggressjoni minħabba li l-Iżrael kompla bl-attakki fuq is-Sirja.
Fi tweet l-IDF qalet li ajruplan tat-tip IAF kellhu fil-mira tiegħu 12-il objettiv li jinkludu 3 sistemi ta’ difiża tal-ajru u  4 objettivi militari Iranjani kienu attakkati.
Missili kontra l-inġenji tal-ajru kienu sparati mis-Sirja lejn l-Iżrael, u dan wassal biex tqajjem allarm fit-Tramuntana ta’ Iżrael.
Din kienet l-ewwel darba mill-2006 li ġġarraf ajruplan ta’ Iżrael waqt il-ġlied.
It-tiġrif tal-ajruplan mis-Sirja aktarx jeskala l-kunflitt bejn iż-żewġ pajjiżi.
Ritratt: Reuters