Is-Sirja tisparixxi mill-Internet

Is-Sirja, li għaddejja minn gwerra ċivili, għadha kif sparixxiet mill-Internet. Il-kumpanijja Renesys li żżomm statistika fuq l-istat tal-Internet madwar id-dinja, irrapurtat li l-internet ġie mitfi minn madwar il-pajjiż kollu.

Kull konnessjoni li s-Sirja kellha għall-internet ġiet mitfijja. Dan ifisser li is-Sirja la għandha kuntatt biex tirċievi informazzjoni minn pajjiżi oħra, u lanqas biex tibgħat informazzjoni. B’dan il-mod, is-Sirja m’għandhiex mezz ta’ komunikazzjoni mad-dinja.

Renesys għadha qed tinvestiga x’inhu jiġri, però, bħalma ġieli ġara f’pajjiżi oħra, din hija indikazzjoni li xi ħadd qiegħed jipprova jieħu l-kontroll tal-informazzjoni li tinxtered mal-bqijja tad-dinja.

B’hekk qed jintqal li jew ir-reġim ta’ Bashar al-Assad iddejjaq minn kif id-dinja qed tinterpretahom mill-internet, jew qed isiru pjanijiet ta’ miżuri sigrieti jew ħorox fil-pajjiż u ma jridux li l-informazzjoni tinxtered.

Artiklu miktub minn Vioside – http://www.facebook.com/vioside