Is-Sirja taqbel li jsiru attakki millitari fuq l-IS

Ir-reġim ta’ Bashar Al-Assad fis-Sirja qed jaqbel li jsiru attakki militari mill-ajru mir-Renju Unit u l-Istati Uniti kontra l-grupp estremista Iżlamiku IS.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sirjan qal li hemm qbil sakemm din l-operazzjoni militari tkun ikkordinata flimkien mal-Gvern Sirjan.
Huwa qal ukoll li l-ġurnalist James Foley seta’ nħeles li kieku l-Istati Uniti talbu l-għajnuna tas-Sirja.
Din l-operazzjoni hija meħtieġa biex titwaqqaf il-mixja tal-IS hekk kif aktar minn 700 persuna fit-Turkmenistan inqatlu għaliex huma insara u ma riedux li jikkonvertu għall-Iżlam.