Is-Sirja ssostni li kull intervent militari jkun ta’ benefiċċju għat-terroristi

Id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin Sirjan, Faisal Mekdad sostna li kull intervent militari mill-Istati Uniti fis-Sirja se jgħin ta’ għajnuna lill-gruppi terroristiċi fosthom l-Al Qaeda.

Huwa qal ukoll li kienu l-gruppi armati bl-għajnuna tal-Amerikani li sparaw l-armi kimiċi fuq nies ċivili.

Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama sostna li fl-attakk inqatlu 1,400 persuna fosthom 426 tifel u tifla.

Il-Papa Franġisku reġa’ tenna d-diskors tal-Angelus tal-Ħadd kontra l-gwerra fis-Sirja.

Il-Papa sostna għal aktar minn darba li qatt aktar m’għandu jkun hawn il-glied u l-gwerer fid-dinja.