Is-Sirja se tpoġġi l-armi kimiċi taħt superviżjoni internazzjonali

Il-President Sirjan Bashar Al-Assad ikkonferma ma’ stazzjon televiżiv Russu li l-armi kimiċi se jitpoġġew taħt l-osservazzjoni tal-ispetturi internazzjonali.

Al-Assad qal li din id-deċiżjoni ttieħdet bħala riżultat tal-inizjattiva tar-Russja u mhux minħabba xi biża tal-intervent militari mill-Istati Uniti.

Din id-dikjarazzjoni waslet qabel ma bdew il-laqgħat bejn il-Ministri Russi u tal-Istati Uniti f’Ginevra.

L-Istati Uniti qed takkuża lis-Sirja li s-suldati użaw l-armi kimiċi fuq nies ċivili waqt l-attakk tal-21 ta’ Awwissu li għadda.