Is-Sirja lesta tikkopera biex tevita intervent militari

Is-Sirja tinsab lesta li turi l-ħażna ta’ armamenti kimiċi u twaqqaf il-produzzjoni.

Dan sostnieh il-Ministru Sirjan għall-Affarijiet Barranin. Huwa qal ukoll li qed jistieden rappreżentanti mir-Russja, l-Ġnus Magħquda u pajjiżi oħra mill-Punent biex iżuru l-postijiet fejn saru dawn l-armamenti.

B’din id-dikjarazzjoni, l-President tal-Istati Uniti Barack Obama qal li b’mezz diplomatiku se jara li s-Sirja ma terġax tuża armamenti kimiċi iżda ordna lis-suldati Amerikani biex ikunu ppreparati jekk is-Sirja ma tikkoperax.

Obama talab lill-Kungress Amerikan sabiex jipposponi l-vot dwar l-intervent militari.

Illum fil-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda mistennija laqgħat twal fejn se jitressqu riżoluzzjonijiet minn Franza u r-Renju Unit.