Is-Sirja bi pjan li teqred l-armi kimiċi tal-pajjiż

Il-President Sirjan Bashar al-Assad qal li jinsab impenjat li jeqred l-armi kimiċi tal-pajjiż. Madanakollu wissa li dan il-proċess jista’ jieħu madwar sena.

Għal darb’oħra, Assad ċaħad li l-forzi tiegħu kienu responsabbli għall-attakk li sar qrib Damasku fil-21 ta’ Awwissu.

Dan il-pjan ta’ diżarmament mis-Sirja tħabbar mill-Istati Uniti u r-Russja fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Il-pajjiżi tal-punent iridu li dan il-ftehim ikun parti minn reżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda, appoġġjata minn theddida ta’ forza militari. Madanakollu r-Russja oġġezzjonat.