Is-Sinodu se jiffoka fuq iż-żgħażagħ, anke dawk mhux Kattoliċi

Kjeriċi fil-Vatikan u fi bnadi oħra li huma kritiċi għall-Papa Franġisku ma tantx huma kuntenti li żgħażagħ mhux Kattoliċi u saħansitra atei jistgħu jwieġbu għal stħarriġ li qed isir qabel is-Sinodu dwar iż-Żgħażagħ li se jsir is-sena d-dieħla.
Bħalissa it-toroq ta’ Ruma huma mimlija b’turisti li jżuru din il-Belt Eterna għall-festi tal-Għid u l-jiem ta’ wara.  Ħafna minn dawn huma żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha.  L-akbar kontinġent ta’ żgħażagħ se jkunu eluf ta’ student universitarji li qed jattendu konferenza ta’ ġimgħa sħiħ organizzata mill-Opus Dei.
F’dawn il-jiem qed tittieħed l-opportunita’ biex isir survey fost dawn iż-żgħażagħ biex ir-riżultati tiegħu jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jkunu qed jitħejja is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar dan is-settur tal-popolazzjoni, li se jsir fil-Vatikan aktar tard.
L-istħarriġ tal-fehmiet se jkun mifrux fost iż-żgħażagħ kollha li jagħżlu li jipparteċipaw fih, inkluz dawk li ma humiex ta’ fidi Kattolika.