Is-Sinodu dwar iż-Żgħażagħ se jiddiskuti diversi temi

Youths
Il-Papa mħadawwar biż-żgħażagħ fil-Jum Di

Read in English.

Is-sesswalità, il-mewt, il-korruzzjoni, it-traffikar tad-droga, il-pornografija, il-gwerer, id-diżabilità u l-ħbiberiji huma ftit mit-temi li se jkunu diskussi fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ li se jsir f’Ruma f’Ottubru li ġej.

Il-Papa Franġisku mdawwar biż-żgħażagħ fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Dokument pubblikat nhar it-Tlieta li għadda dwar l-imsemmi Sinodu, jgħid li “ż-żgħażagħ iħossu nuqqas ta’ armonija fil-Knisja.  Jidher li aħna (il-Knisja) ma nifhmux il-vokabularju u allura anqas ma nafu l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.”

Id-dokument hu r-riżultat ta’ diversi inizjattiva li ttieħdu, fosthom kwestjonarju online li wiġbuh eluf ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha u laqgħat taż-żgħażagħ li saru f’Ruma u postijiet oħra aktar kmieni din is-sena.

Żgħażagħ LGBT, bil-kontribut tagħhom lis-Segretarjat tas-Sinodu qalu li jixtiequ jibbenefikaw minn rabta akbar u jesperjenzaw kura akbar mill-Knisja, filwaqt li xi konferenzi episkopali qed jistaqsu x’jistgħu jipproponu lil żgħażagħ li jiddeċiedu li jiffurmaw koppji omosesswali u fl-istess ħin iridu jibqgħu qrib il-Knisja. Dawn huma fost id-domandi li jridu jwieġbu għalihom l-Isqfijiet.