Is-sinjifikat ta’ dawn il-ġranet qabel l-Għid il-Kbir

Fil-programm tal-lejla ta’ Sensilhema li jixxandar fit-8.15pm fuq TVM2, Christine Delicata titkellem ma’ Fr Paul Chetcuti SJ dwar is-sinjifikat ta’ dawn il-ġranet ftit jiem qabel l-Għid il-Kbir.

Din is-sena forsi aktar minn qatt qabel il-bniedem għandu bżonn jidħol aktar ġewwa fih biex jirrealizza x’inhu l-aktar importanti fil-ħajja tal-bniedem. Kif għandna ngħixu biex ngħinu lill-oħrajn f’dan iż-żmien.

L-istoriku Hilary Spiteri jitkellem dwar il-pittura ta’ Willy Apap il-Maddalena u fl-aħħar nett se nsegwu servizz li kiteb Fr Rene Camilleri.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Nota importanti mit-tim tal-produzzjoni hi li dan il-programm ġie rrikordjat qabel it-tixrid ma bdeit il-andemija tal-COVID-19.