Talba biex jiġi investigat is-Sindku ta’ Wied il-Għajn

Front Ħarsien ODŻ qed isaqsi lill-Bord tal-Governanza tal-Kunsilli Lokali biex jinvestiga lis-Sindku ta’ Wied il-Għajn Mario Calleja minħabba mġieba mhux etika.
Dan wara li s-Sindku Calleja ddikkjara li talab l-għajnuna mingħand Sadeen Group, dikjarazzjoni “li tpoġġi kemm lis-Sindku kif ukoll lill-kunsill f’dawl ikraħ”.
Il-Front ODŻ saħaq li jħoss li l-aġir ta’ Calleja jmur kontra l-kodiċi tal-etika li ebda kunsill jew membru elett m’għandu jitlob għal għajnuna.
Sostna li l-kunsill qiegħed hemm biex jippproteġi u jservi l-komunità li eliġġietu.