Is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar tesprimi tħassib dwar carers

Is-Sindku ta’ San il-Baħar Graziella Galea fi stqarrija esprimiet tħassib u diżappunt għal dak li, fi kliemha, hu nuqqas ta' azzjoni konkreta mill-awtorità kkonċernata fejn jidħlu carers meħtieġa fiċ-Ċentru tal-Anzjani f'San Pawl il-Baħar.
Saħqet li dan in-nuqqas wassal biex ibatu l-anzjani stess li normalment ikunu f'dan iċ-ċentru
Hija saħqet li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar jemmen bi sħiħ fl-anzjani u għalhekk matul is-snin li għaddew ħadem sabiex l-anzjani jkollhom diversi servizzi provduti kif ukoll post fejn jistgħu jiltaqgħu.
Is-Sindku Graziella Galea esprimiet solidarietà mal-ħaddiema taċ-ċentru għaliex minkejja li s-sitwazzjoni ilha issa ghal diversi xhur sejra għal l-agħar, dejjem baqgħu jissapportu u jistennew li tinstab soluzioni ġusta għal din il-problema.
Fl-aħħar nett appeallat lill-Ministeru sabiex immedjatament tinstab soluzzjoni għal din ir-realtà. Appellat biex ikun hemm biżżejjed ħaddiema, ħaddiema li huma mħarrġa, sabiex dan iċ-ċentru jibqa’ wieħed ħaj u attiv, u b’hekk ma jibqax ikun hemm servizz li jiġi sospiż jew imwaqqaf.