Is-Sindku ta’ Ħal Qormi jingħata l-aħħar tislima għada

Renald Falzon

Renald Falzon, is-Sindku ta’ Ħal Qormi, se jingħata l-aħħar tislima għada.

Huwa miet dalgħodu fl-età ta’ 46 sena waqt li kellu l-coronavirus.

Il-Kunsill Lokali ħabbar li l-quddiesa tal-funeral se ssir fid-9.30am fil-Knisja ta’ San Ġorġ, u se tixxandar live fuq il-paġna tal-Kunsill fuq Facebook.

Il-Qriema huma mħeġġin biex il-bnadar ikunu mezz’asta b’turija ta’ rispett. Sar appell biex kulħadd isegwi mid-dar sabiex ma jinġemgħux folol minħabba l-coronavirus.

NAPPREZZAW JEKK TGĦINUNA NXANDRU DAN IL-MESSAĠĠ L-aħħar tislima lil maħbub Renald Falzon se tingħata għada s-Sibt hekk…

Posted by Kunsill Lokali Ħal Qormi on Friday, November 13, 2020