Is-Sindku ta’ Gdansk jaqla’ daqqa ta’ sikkina

Agencja Gazeta/Bartosz Banka via REUTERS

Is-Sindku tal-belt Pollakka Gdansk qala’ daqqa ta’ sikkina lbieraħ flagħxija minn raġel, waqt avveniment nazzjonali għall-karità.

Is-sindku, ta’ 53 sena, kien qed jattendi l-għeluq tal-Orkestra tal-Milied għall-karità, li ssir kull sena. Volontiera jiġbru miljuni sabiex jinxtara apparat għall-ispatrijiet.

Il-kundizzjoni tiegħu tinsab serja, u qed jiġi operat. Huwa ilu s-sindku ta’ Gdansk mill-1998. Fl-elezzjoni tar-reġjun tal-2018, huwa rebaħ 65% tal-voti.