Natius Farrugia jintbagħat il-ħabs bi żball

Is-Sindku Laburista taż-Żurrieq Ignatius Farrugia nħareġ mill-ħabs wara li kien hemm żball fis-sentenza li nagħtatlu aktar kmieni.
Farrugia kien instab ħati li ta fastidju lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u ntbagħat erbat ijiem il-ħabs.
L-Imħallef Giovanni Grixti qal li kien hemm żball fis-sentenza u għalhekk ħareġ digriet biex issospenda s-sentenza.
Il-każ imur lura għad-29 ta’ Marzu fl-2013, waqt il-festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat.
Farrugia kien nstab ħati li taha fastidju u ġie mmultat is-somma ta’ €2,400 u ordnat li ma jikkomunikax ma’ Caruana Galizia għal sena. 
Huwa kien appella l-każ u s-sentenza nqatgħet illum. 
Reazzzjoni Ministeru tal-Ġustizzja:
F’reazzjoni l-Ministeru laqa’ rakkomandazzjoni tal-Imħallef Giovanni Grixti sabiex Ignatius Farrugia jingħata maħfra Presidenzjali mill-effetti tas-sentenza mogħtija fl-14 ta' April, 201.
Il-Ministeru spjega  li f'ittra li bagħat lill-President Marie Louise Coleiro Preca, l-Imħallef Grixti spjega li l-Qorti preseduta minnu tat sentenza li biha Ignatius Farrugia kien ġie dikkjarat ħati u kien ikkundannat erbat ijiem ħabs.
L-Imħallef Grixti kompla jgħid li iktar tard irriżulta żball f'din is-sentenza peress li effettivament instabet ħtija f'imputazzjoni li minnha kien hemm liberazzjoni.  
Peress li s-sentenza hija definittiva, l-Imħallef spjega li din ma tistax iktar tinbidel u għalhekk biex issir ġustizzja ma’ Farrugia, l-istess Imħallef irrakkomanda maħfra Presidenzjali. 
Reazzjoni Gvern:
Fi stqarrija l-Gvern qal li jinnota li dan l-iżball wasal biex persuna innoċenti ġiet ikkundannata inġustament il-ħabs u anke qattgħet ħin imċaħħda mil-libertà tagħha bla ħtija.  
Huwa nnota wkoll l-passi rimedjali li ttieħdu mill-Imħallef Grixti biex Farrugia jinħareġ mill-ħabs.