Is-Siġurtà Nazzjonali prijorità – il-Ministru Michael Farrugia

Budget 2019 - Malta: Ngħixu s-Suċċess: Minister for Home Affairs and National Security Michael Farrugia and Parliamentary Secretary for Financial Services, Digital Economy and Innovation Silvio Schembri address a press conference Spinola Garden 5, Paceville Road, Paceville

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekomomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri tkellmu dwar il-Baġit 2019 fis-setturi rispettivi tagħhom waqt konferenza stampa.

Il-Ministru qal li nżammet wegħda elettorali oħra li jkun hemm investiment bla preċedent fis-settur tas-sigurtà. Huwa qal li se tinħoloq sistema ta’ assigurazzjoni li se tingħata lil kull membru tal-forzi dixxiplinati f’każ ta’ inċident fatali jew diżabiltà permamenti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Dwar il-proġett Safe City, il-Ministru qal li permezz tal-informatika Malta se tkompli tiġġieled il-ġlieda kontra l-kriminalità. Huwa qal li se jiġu identifikati aktar lokalitjiet fejn l-aktar li hemm attivitajiet kriminali biex tiżdied u tissaħħaħ it-’target policing‘.

Il-Ministru Farrugia semma wkoll l-investiment li se jsir biex jinbena l-laboratoju forensiku, it-tibdil fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll il-bidla li qed issir fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin. Ħabbar ukoll li se tinbidel il-liġi f’pajjiżna biex kemm jista’ jkun jitwaqqaf l-abbuż tad-droga sintetika.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari qal li l-proġett ‘Safe City’ huwa sinjal ċar ta’ kif il-Gvern qed juża t-teknoloġija u l-benefiċċji li toffri biex tipproteġi ċ-ċittadin.

Semma wkoll il-bidu ta’ industrija ġdida li se tkun qed tagħti kontribut għat-tkabbir ekonomiku f’ Malta. Spjega li, “The Blockchain Island permezz ta’ 3 liġijiet ġodda li se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Novembru, Baġit 2019 se jifrex it-triq għall-esplorazzjoni ta’ niċeċ ekonomiċi ġodda bħall-AI.“ Schembri spjega li fix-xhur li ġejjin se tiġi mnedija strateġija nazzjonali għal dan is-settur biex jiġu esplorati opportunitajiet li joffru u jattiraw investiment ġdid u jkun inkorporat fl-ekosistema tal-pajjiż.