Is-Siġra tas-Salib tegħleb jew twaqqgħet?

Read in English.

Is-Siġra tas-Salib li tinsab fit-Telgħa tas-Saqqajja dalgħodu nstabet mal-art b’diversi persuni jikkummentaw fuq x’seta’ ġara.

Is-Siġra tas-Salib hu zokk ta’ siġra mejta li għandha l-forma ta’ kurċifiss imqabbeż fuq il-qoxra.

Meta kienet ħajja din is-siġra taż-żnuber kienet fuq in-naħa l-oħra tat-triq, iżda fl-2008 tqaċċtet bir-riħ bil-konsegwenza li s-siġra mietet. Ftit wara l-kumpanija ELC iddeċidiet li taqla’ z-zokk u jitpoġġa ġo blokka tal-konkrit.

Dalgħodu s-siġra spiċċat minn tulha mal-art iżda ħadd ma jidher li jaf x’ġara.  Dik il-parti tat-triq tagħmel parti mill-proġett tas-Central Link.

Uħud minn dawk li kkummentaw qed jgħidu li din għandha titpoġġa xi mkien ġewwa, fl-aktar post imsemmi tkun il-kappella tal-Vitorja ftit ‘l isfel.