Is-siġġu ta’ Frederick għandhom jeħduh il-kandidati tat-13-il distrett – Said

Il-gazzetta MaltaToday fil-ħarġa tal-gazzetta tal-Ħadd irrapurtat li l-Kummissjoni Elettorali qiegħda tieħu parir dwar kif għandu jimtela s-siġġu parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi wara li dan miet ftit tal-ġranet ilu.

Il-gazzetta spjegat li Frederick Azzopardi ġie elett wara li l-Partit Nazzjonalista ngħata żewġ siġġijiet oħra biex id-differenza tal-voti tirrifletti dik tas-siġġijiet. Żiedu li fil-kostituzzjoni ta’ Malta m’hemm l-ebda refenza għal dan u hemm żewġ għażliet dwar x’jista’ jsir.

L-ewwel għażla hija li ssir bye-election u jikkonstestaw il-kandidati tad-distrett t’Għawdex inkella li ssir eleżżjoni każwali u dan is-siġġu jista’ jimtela minn kandidati li ma kkontestawx fuq it-13-il distrett.

Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said appella lill-Kummissjoni Elettorali biex issir by-election u s-siġġu parlamentari jimtela minn deputati li kkontestaw fuq it-13-il-distrett. Żied li huwa importanti li Għawdex ikollu deptuat fl-Oppożizzjoni u fil-Partit Nazzjonalista li jaħdem għalih.

Said appella lill-Kummisjoni Elettorali biex tiftaħ in-nomini bla dewmien u dan is-siġġu jimtela permezz ta’ elezzjoni każwali. Qal li kull ġurnata li tgħaddi qiegħda tkun ta’ detriment għall-Partit Nazzjonalista.

Jekk isir elezzjoni każwali dawk eleġibbli huma Joseph Ellis, Censu Galea, Ryan Mercieca, Maria Portelli u Jason Zammit.