Is-siġar fil-Maqluba għadhom jaqbdu

Għaqda Siġar Maltin

Tlett ijiem wara li nħakmet minn nirien qawwija, maħsuba li ġejjin min-nar maħruq viċin għall-festa ta’ Santa Marija, il-Maqluba għadha taqbad.

Fi stqarrija, l-ERA qalet li apparti minn xi siġar protetti, jidher illi kienu biċċiet kbar ta’ qasab li sofrew l-iżjed min-nar. L-ERA bagħtet uffiċjali tagħha hemmhekk numru ta’ drabi, flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfu n-nirien.

Intant, l-ERA qalet li qiegħda taħdem mal-Protezzjoni Ċivili u mal-Pulizija sabiex tiddetermina x’kien eżatt li kkawża dawn in-nirien, u minn fejn inxtegħel in-nar tal-festa maħsub li kkawżahom.

Dan wara li lbieraħ il-Partit Demokratiku appella lill-ERA biex tieħu azzjoni sabiex ma jinqeridx dan is-sit ta’ Natura 2000. L-Għaqda Siġar Maltin ukoll lissnet ħsibijietha fuq din ir-rovina.

Fire at MaqlubaGħSM has written to ERA to request urgent intervention to asses the damage on this Natura 2000 site…

Posted by Għaqda Siġar Maltin on Thursday, August 16, 2018