Is-sieħba ta’ Mick Jagger tinstab mejta fi New York

Is-sieħba ta’ Mick Jagger, id-disinjatriċi tal-ħwejjeġ L’Wren Scott, instabet mejta fl-appartament tagħha fi New York.
Skont rapporti mhux uffiċċjali, mhux eskluż li Scott wettqet suwiċidju filwaqt li l-pulizija għadha qed tinvestiga x’seta’ wassal għal mewt tagħha.

Mick Jagger, il-kantant tar-Rolling Stones li bħalissa jinsab l-Awstralja għaddej b’serje ta’ kunċerti, inħasad b’din l-aħbar.
Scott, ta’ 49 sena, bdiet toħroġ mal-kantant ta’ 70 sena lura fl-2001.