Is-siegħa tal-prova għan-nannu Ċens

Illum fis-7pm fuq l-istazzjon One tistgħu ssegwu t-tieni episodju mis-sensiela Ġrajjiet in-Nannu Ċens b’repetizzjoni għada fil-11.35am.

Fl-episodju tal-lum naraw kif in-nannu Ċens dejjem kien iħobb jiftaħar u jgħid li jaf kollox u jagħmel kollox, u s-siegħa tal-prova waslet meta missier ħabib ta’ Irene kellhu bżonn senter għat-tiswija. In-Nannu Ċens ta’ żatat li hu, daħal għaliha.

Iżda ser iġibha żewġ? Jew jidħol f’ruxmata taħwid u kummiedji li lanqas hu stess ma kien jaf kif se joħrog minnhom?

Ġrajjiet in-Nannu Ċens huwa addattament televiżiv minn Dominic Said għal Mixta Drama, ibbażat fuq il-ktieb ta’ Trevor Żahra.