Is-sidien tal-kera jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom

Is-sidien tal-propjetà f’Malta se jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tal-kera, hekk kif l-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin (MDA) waqqfet sezzjoni għas-sidien tal-kera, li s’issa għad ma kellhom lil ħadd jirrappreżentahom mal-awtoritajiet.
Għalkemm l-MDA ammettiet fi stqarrija li għalkemm tħoss il-ħtieġa li s-sidien jingħataw vuċi, insistiet li xorta hemm bżonn ta’ regolazzjoni li trażżan l-abbużi kemm mill-inkwilini kif ukoll mis-sidien tal-propjetà.
Madankollu, l-MDA qalet li s-soluzzjoni ma tistax tkun li l-kera tibda tiġi kkontrollata, għax inkella l-ekonomija mhijiex se tkompli tikber minħabba li s-suq tal-kera jinżamm lura.