Is-Sibt il-PN jagħżel is-suċċessur ta’ Stellini

L-Eżekkuttiv tal-Partit Nazzjonalista se jiltaqa’ s-Sibt biex jagħżel minn se jieħu post David Stellini fil-Parlament.

Din l-għażla qed iġġib magħha kontroversja oħra fil-Partit Nazzjonalista. Jean Pierre Debono, li kien ċeda postu fil-Parlament biex minfloku jitla’ fil-Parlament il-Kap tal-PN Adrian Delia, qed jagħmel pressjoni biex jintagħżel hu. Mill-banda l-oħra diversi qed jinsistu illi flok Stellini jintagħżel kandidat minn Għawdex.

Aqra: Debono jixtieq jidħol fil-Parlament minflok Stellini – Delia

Aqra: L-ittra ta’ riżenja ta’ David Stellini tinqara fil-Parlament

David Stellini rriżenja mill-Parlament aktar kmieni din il-ġimgħa biex jerġa’ jmur jaħdem mal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell. Peress li Stellini kien elett minn elezzjoni każwali dak li jieħu postu se jintagħżel mill-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra: David Stellini jirreżenja minn Membru Parlamentari